20 każ ġdid li 4 minnhom huma tfal

Erbgħa mill-20 każ rapportati llum huwa tfal. Dan kien ikkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa fl-aħħar aġġornament dwar il-Covid-19 f’pajjiżna. Dawn l-aħħar każi wasslu biex il-każi attivi issa laħħqu l-267 każ.

Huwa mifhum li l-ebda mit-tfal ma kienu qed jattendu SkolaSajf.

Mill-20 każ tal-lum hemm tmien każi li jifformaw parti mill-cluster reltat ma’ Paceville. Dan filwaqt li kien hemm sitt każi oħrajn li kellhom kuntatt ma’ każi oħrajn.

Dan ifisser li kien hemm żewġ każi sporadiċi.

Intant il-Ministeru għas-Saħħa rapporta li kien hemm żewġ persuni li rkupraw mill-virus.

Share With: