20 pajjiż jibdew jordnaw il-vaċċin kontra l-Covid-19 mir-Russja

Il-Ministru tas-Saħħa Russu Mikhail Murashko ddikjara li hemm 20 pajjiż li huma interessati fil-vaċċin il-ġdid tal-Covid-19. Intqal ukoll li ftit ġranet biss wara li ġiet żvelata l-aħbar tal-vaċċin, ir-Russja rċeviet ordni ta’ ‘l fuq minn 20 biljun tilqima.

Dan wara li l-President Russu Vladimir Putin fil-11 ta’ Awwissu ħabbar li pajjiżu rnexxielu joħloq l-ewwel vaċċin effective u li jgħin fl-immunità kontra l-virus. Huwa żied jgħid li waħda mill-bniet tiegħu kienet diġà ġiet imlaqqma b’dan il-vaċċin ġdid. Huwa qal li jittama li din it-tilqima se tkun pass kbir ‘il quddiem għad-dinja u li l-pajjiż ma jdumx ma jkun jista’ jibda l-produzzjoni tal-massa tagħha.

Il-Vaċċin ġie żviluppat b’kollaborazzjoni bejn l-Istitut tal-Riċerka Gamaleya u l-Ministeru għad-Difiża.

Share With: