21 każ ġdid ta’ COVID-19 fl-aħħar 24 siegħa

Fl-aġġornament ta’ kuljum dwar il-kaħi ġodda ta’ COVID-19 f’pajjiżna, fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 21 każ ġdid. Il-paġna ‘Saħħa’ qalet li l-maġġoranza ta’ dawn in-nies ġew f’kuntatt ma oħrajn li diġa ttestjaw pożittiv għall-COVID-19. Kompliet tgħid li tnejn mill-21 każ huma importati u tlieta oħra huma immigranti.

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,748 swabs u ma kienu rreġistrati ebda każi mfejqa.

Share With: