47 każ ġdid … Ifiqu 18

Skont l-aħħar aġġornament b’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, fl-aħħar 24 siegħa saru 2,261 swab test li minnhom kien hemm 47 każ ġdid.

Min-naħa l-oħra kien hemm 18-il persuna li fiequ mill-virus.

It-total ta’ każi attivi issa tela’ għal 677 każ.

Fl-informazzjoni li ngħatat dwar il-każi tal-lum, intqal li kien hemm 6 każi relaxatie ma’ membri tal-familja ta’ każi mħabbra qabel, tlieta kellhom kuntatt dirett ma’ każi magħrufin qabel u 13-il każ sporadiku fost l-oħrajn.

Share With: