55 każ ġdid filwaqt li jirkupraw 43 persuna

Fl-aġġornament tal-lum dwar il-pandemija tal-Covid-19 f’pajjiżna, kienu rreġistrati 55 każ ġdid. Dan filwaqt li fl-istess ħin kien hemm 43 persuna li rkupraw mill-virus.

Dan wassal biex il-każi attivi issa jammontaw għal 680 każ, bil-każi kumplessivi ta’ persuni li rriżultaw pożittivi għall-Covid-19 issa jlaħħaq l-1,667 każ.

Intant filwaqt li l-każi tal-lum qed jiġu investigati, mill-35 każ li kienu rapportati lbieraħ kien hemm ħames każi li kienu qraba ta’ każi oħrajn pożittivi, ħames każi li kellhom kuntatt dirett ma’ persuna li kienet pożittiva. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu wkoll li kien hemm żewġ każi ta’ trasmissjoni fuq il-post tax-xogħol u każ ieħor mill-cluster ta’ Paceville.

Fl-istess waqt kien hemm każ importat u erba’ każi oħrajn minn laqgħat ta’ persuni.

Share With: