55 każ ġdid … Ifiqu 13 … Il-każi attivi jaqbżu l-500

Skont l-aħħar aġġornament relatat mas-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’pajjiżna, fl-aħħar 24 siegħa kien hemm 55 każ ġdid minn fost 2,485 swab tests li saru.

Fuq nota pożittiva kien hemm 13-il persuna li ġew konfermati li fiequ mill-virus.

Fost dawn il-każi l-ġodda hemm ħames membri tal-familja ta’ każi li konna nafu bihom qabel, erbgħa li kellhom kuntatt ma’ każi rrapurtati qabel, tnejn mill-cluster ta’ Paceville u każ ieħor mill-iskejjel tal-lingwa.

L-awtoritajiet ikkonfermaw li l-contact tracing għadhom għaddejjin. 

OFFICIAL COVID-19 figures for 13•08•2020Chris Fearne | MaltaGov | Health Promotion and Disease Prevention Directorate

Posted by saħħa on Thursday, August 13, 2020
Share With: