AC Milan l-iktar team li skorja goals wara l-waqfa Covid-19

AC Milan ħolqu rekord ġdid bħala l-iktar team li skorja goals fl-Ewropa wara li reġgħu bdew il-kampjonati mat-tmiem il-lockdown relatat mal-pandemija tal-Covid-19. 

Ir-Rossoneri skorjaw 35 goal u għaddew b’goal wieħed biss lil Manchester City li mill-banda l-oħra skorjaw 34 goal.

Skont id-dilettanti tal-istatistika tal-football Taljan, din il-bravura hi waħda straordinarja meta tqis li f’26 partita, it-team minn Milan skorja biss 28 goal. 

Kulħadd kien tal-fehma li l-attakkant veteran Svediż Zlatan Ibrahimovic ġab atmosfera ġdida fl-iskwadra immexxija minn Stefano Pioli meta kkontribwixxa billi skorja 10 goals fi 18-il partita. 

Share With: