AĠĠORNAT – Il-funeral taċ-ċkejken Miguel se jsir il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu

Puttinu Cares imnikktin bit-telfa ta’ Miguel

Aġġornat:

Puttinu Cares ħabbret li l-funeral taċ-ċkejken Miguel, li ħalla din id-dinja wara battalja mal-marda tal-kanċer se jkun qed isir nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Liena fit-8:30 a.m.

F’post fuq Facebook, Puttinu Cares appellat lil dawk li se jkunu qed jattendu biex ma jilbsux l-iswed iżda minflok jilbsu l-abjad jew il-blu.

Aktar qabel:

Dalgħodu, Puttinu Cares ħabbret li ċ-ċkejken Miguel tilef il-battalja tiegħu mal-marda tal-kanċer.

F’post fuq il-midja soċjali, din l-organizzazzjoni ddeskriviet lil Miguel bħala tifel eċċezzjonali, edukat, sabiħ, bravu u determinat. Jissemma kif ta’ disa’ snin kien diġà jgħallem x’inhi l-ħlewwa u l-vera mħabba, u ħalla impatt fuq kull min kien jafu. 

B’niket għat-telfa ta’ Miguel, Puttinu Cares qaltlu biex jistrieħ fis-sliem, filwaqt li jkompli jitlob għal ommu u missieru mill-ġenna. 

Share With: