AĠĠORNAT: Il-grupp ta’ 71 immigrant se jkun qed jiddaħħal Malta

Il-grupp ta’ 71 immigrant li kienu jinsabu fiż-żona Maltija ta’ tiftix u salvataġġ ġew salvati aktar kmieni waranofsinhar mill-forzi Armati ta’ Malta.

Wara li l-NGO Alarm Phone rrapportat li kienet tilfet il-kuntatt mal-immigranti, id-dinghy li fuqu kienu abbord il-grupp ta’ immigrant intlemaħ mill-ajruplan ta’ salvataġġ tal-Forzi Armati.

L-immigranti issa se jkunu qed jiddaħħlu Malta.

Alarm Phone qalet li l-immigranti, li kienu qed jivvjaġġaw abbord dinghy, għamlu l-ewwel kuntatt ilbieraħ filgħaxija waqt li kienu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ malta.

Żiedet tgħid li għall-ħabta tat-8.00 p.m. immigranti li kienu mal-ġenb tad-dinghy waqgħu fil-baħar u fil-proċess għamlu ħsara lill-istess dinghy bil-konsegwenza li beda jimbarka l-ilma.

Wara li l-immigranti talbu l-għajnuna, il-grupp ta’ immigranti kienu rnexxilhom isalvaw lill-immigranti u jikkontrollaw l-ilma li kien dieħel fid-dinghy.

L-aħħar darba li Alarm Phone għamlet kuntatt mal-immigranti kien fit-8.30 a.m.

Share With: