AĠĠORNAT: Ir-raġel Ukren instab u jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba

Ir-raġel li aktar kmieni kien irrapurtat nieqes mill-Pulizija, instab u jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba. Il-Pulizija kkonfermat dan fi stqarrija maħruġa minnha ftit tal-ħin ilu.

Aktar kmieni:

Oleksandr Gonzhezharov, raġel ta’ 26 sena mill-Ukrajna, ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija ilbieraħ, 8 t’Awwissu, 2020.

Oleksandr Gonzhezharov għandu xagħru bjond u huwa persuna ta’ statura twila.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke` b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Share With: