AĠĠORNAT: Jindarbu gravi f’inċident bil-mutur fin-Naxxar

Inewsmalta tinsab infurmata li aktar kmieni dalgħodu seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Salini Naxxar.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma magħna li l-inċident seħħ meta żewġ persuni barranin għal xi raġuni tilfu l-kontroll tal-mutur li kienu qed isuqu u baqgħu deħlin f’barrier fl-imsemmija Triq. Kawża tal-ħabta xi biċċiet mill-mutur qasmu fuq il-karreġġjata l-oħra tat-triq u laqtu vettura oħra li ma kinitx involuta f’dan l-imsemmi inċident.

Iż-żewġ persuni fuq il-mutur tat-tip Yamaha T110; is-sewwieq, raġel ta’ 23 sena min-Nepal u mara ta’ 26 sena min-Nepal residenti San Pawl il-Baħar li kienet passiġġiera, ittieħdu lejn l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofrew.

Aktar tard huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.

Share With: