AĠĠORNAT: “Min ħareġ b’din il-qlajja jmissu jistħi.. Enzo għadu magħna” – Il-mara ta’ Enzo Gusman

“inħossni rrabjata… Enzo għadu magħna u għandu bżonn it-talb” – Il-preżentattriċi Angela Agius

Il-lejla fuq il-midja soċjali ġriet l-aħbar li l-kantant ta’ fama Enzo Gusman ħalla din id-dinja. Minkejja dawn l-għajdut, kienu ħafna li rribattew u kkundannaw dan “il-qaljjiet”, dan għaliex Enzo Gusman għadu mimli bl-għomor.

Il-mara ta’ Enzo, Carmen Gusman, ikkonfermat li żewġha għadu ħaj u kkundannat bl-aħrax lil min “għal ftit attenzjoni” xerred din l-aħbar. “Imissu jistħi min ħareġ b’din l-aħbar.”

F’post li tellgħet fuq Facebook, il-preżentattriċi Angela Agius kitbet li tħossha “rrabjata u mweġġa bil-qlajja li qed tinxtered li ħalliena Enzo Gusman. Enzo għadu magħna u għandu bżonn it-talb tagħna.”

Fl-aħħar ġimgħat Enzo ddaħħal fil-kura intensiva fil-Kanada wara inċident li kellu u l-ġimgħa li għaddiet iċċelebra għeluq sninu.

Share With: