AĠĠORNAT: Persuna tittieħed lejn l-Isptar wara operazzjoni ta’ salvataġġ f’Ħad-Dingli

Wara operazzjoni delikata f’Ħad-Dingli li fiha kienu involuti numru ta’ uffiċjali, il-persuna li kienet f’diffikultà ttellet permezz ta’ ħelikopter u ġiet assistita minn tim mediku sakemm setgħet tittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Qabel: Inewsmalta tinsab infurmata li fl-aħħar ħin il-Pulizija kienet imsejħa tassisti persuna li sabet ruħha f’diffikultà fil-limiti tal-irdum ta’ Ħad-Dingli.

Fil-post hemm diversi vetturi tal-Pulizija, dawk mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Jidher li biex tiġi salvata din il-persuna saħansitra kellu jintervjeni ħelikopter.

Fil-post issejħet ukoll ambulanza u tim mediku.

Share With: