AĠĠORNAT – Tlieta kkonfermati mejtin wara li ferrovija tibqa’ ħierġa mil-linji

Ferrovija fl-Iskozja tibqa’ ħierġa mil-linji… jidher li hemm persuni li weġġgħu gravi

Aġġornat:

Wara li f’Aberdeenshire, fl-Iskozja ferrovija tal-passiġġieri baqgħet ħierġa minn fuq il-linji, il-pulizija tat-trasport ikkonfermat li dan l-inċident ħalla tliet vittmi. Minkejja li l-vittmi għadhom ma ġews identifikati, jidher li s-sewwieq tal-ferrovija huwa wieħed mill-fatalitajiet.

Aktar qabel:

F’Aberdeenshire, fl-Iskozja, seħħ inċident serju, fejn ferrovija tal-passiġġieri baqgħet ħierġa minn fuq il-linji, bil-konsegwenza li jidher li hemm uħud li sofrew ġrieħi serji. 

Is-servizz tal-emerġenza qegħdin jagħtu l-assistenza tagħhom hekk kif issejħu fl-09.40 a.m. ta’ dalgħodu. 

Jidher li fuq il-post marru sitt ambulanzi u anke ħelikopter li niżel fil-viċin. 

Il-Ministru Skoċċiż Nicola Sturgeon iddeskriva dan l-inċident bħala wieħed serju ħafna, fejn qal li ngħata rapport dwar dak li ġara. 

Jidher li minħabba l-maltemp li kien hemm f’Aberdeenshire, kien hemm bosta servizzi tal-ferrovija li ġew ikkanċellati. Madankollu, s’issa għadha mhix magħrufa l-kawża ta’ dan l-inċident.

Share With: