Aktar minn 1,600 konvenju f’xahar b’valur totali li jaqbeż it-€330 miljun

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi (MDA) qalet li wara l-proposti mressqa mill-istess Assoċjazzjoni lill-gvern f’Ġunju li għadda, diġà qed jinħassu riżultati tanġibbli fl-industrija. Fi stqarrija, l-MDA qalet li skont l-informazzjoni miżmuma, Lulju kien l-aqwa xahar mis-snin li għaddew fejn jidħol in-numru konvenji li saru fuq proprjetà. Informazzjoni preliminari turi li aktar minn 1,600 konvenji ġew irreġistrati x-xahar li għadda, b’valur totali li jaqbeż €330 miljun. Dan ipoġġi x-xahar ta’ Lulju 2020 bħala wieħed mill-aqwa xhur mill-2017.

Filwaqt li laqgħet ir-riżultati pożittivi, l-MDA qalet li dawn ir-riżultati huma prova tanġibbli li l-proposti tagħha qed jgħinu l-irkupru ekonomiku filwaqt li wissiet li jeħtieġ viġilanza kontinwa kontra t-tixrid tal-Covid-19 billi jkun assigurat li jittieħdu miżuri f’waqthom u bilanċjati.

Share With: