Aktar minn €25 miljun f’sitt xhur fuq diversi proġetti

Fl-ewwel sitt xhur ta’ din l-Amministrazzjoni l-Ministeru għat- Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur immexxi mill-Ministru Julia Farrugia Portelli investa aktar minn €25 miljun fi proġetti li jkopru diversi oqsma u li huma mifruxin madwar il-pajjiż kollu, minn Malta sa Kemmuna. Dan minkejja li l-ħidma ewlenija tal-Ministeru kienet, u għadha, iffukata fuq kif kien u qiegħed ikun affettwat it-turiżmu, pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija mill-pandemija tal-COVID-19. 

Fost il-proġetti li sar investiment qawwi fuqhom hemm il-ħolqien ta’ spazji ġodda ta’ parkeġġi. Eżempju ta’ dan huwa l-parkeġġ f’Birżebbuġa b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru għat-Turiżmu u ffinanzjat mill-Malta Freeport b’ħidma konġunta ma’ Projects Plus Ltd. responsabbli mill-implimentazzjoni tal-proġett. Minbarra li dan il-parkeġġ se jkun qed itaffi sew il-problema tal-parkeġġ, se jkun qed jikkumplimenta strateġija ħolistika għal Birżebbuġa hekk kif fiż-żona mistennija jsiru żewġ proġetti maġġuri mill-Ministeru għat-Turiżmu għall-familji, fosthom park tal-familja f’Bengħajsa. 

Proġett ieħor ta’ parkeġġ huwa dak viċin il-bajja tal-Għadira fil-Mellieħa, post iffrekwentat mill-Maltin, Għawdxin u turisti b’investiment ta’ €800,000 mill-iskema ekokontribuzzjoni tal-Ministeru għat-Turiżmu. 

Sabiex tiġi mgħejjuna l-industrija tat-turiżmu minħabba l-pandemi- ja tal-COVID, il-Ministeru flimkien mal-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu nieda skema ta’ taħrig online lill-eluf ta’ ħaddiema fis-settur turistiku. Dan b’investiment ta’ €5 miljuni b’total ta’ 300 kors akkreditat u madwar 750 korsijiet qosra addizzjonali. Riċentament ġew imnedija żewġ skemi oħra b’total ta’ €4.5 miljun favur it-turiżmu. 

Konxju mill-fatt li l-qasam ambjentali jikkumplimenta dak turistiku, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur investa f’numru ta’ widien permezz ta’ Parks Malta, entita’ li taqa’ taħt il-Ministeru għat-Turiżmu. Fost il-widien li sar xogħol fuqhom hemm Wied Garnaw f’Santa Luċija b’investiment ta’ €115,000 biex tneħħew speċi ta’ pjanti invasivi u tħawwlu pjanti indiġeni u sar restawr tal-ħitan tas-sejjieħ. 

Widien oħrajn li għaddej ix-xog- ħol fuqhom huma Wied Għomor, il-Wied tal-Fiddien, Wied ir-Rum u l-Wied tal-Ġnejna b’investiment tota- li ta’ €330,000 minn Parks Malta. L-istess entità qed toħroġ ukoll €1.8 miljun għal master plan varat ftit tal-ġimgħat ilu sabiex jiżdied l-għarfien xjentifiku tal-widien f’Malta u Għawdex. 

Investiment ieħor minn Parks Malta huwa dak tal-Park ta’ San Klement f’Ħaż-Żabbar li b’investiment ta’ €600,000 fuq medda art ta’ madwar 40 tomna, inbidlu f’wieħed mill-akbar parks fin-naħa t’isfel ta’ Malta biex ikun jista’ jitgawda mill-familja kollha. Dan filwaqt li jkompli jgħolli l-livell tal-prodott turistiku f’pajjiżna. 

Proġett ieħor li se jkun qed jagħti spinta lil ġawhra turistika, Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, ftit tal-jiem ilu saret l-inawgurazzjoni tal-bejt ta’ din il-binja storika li issa se jkun jista’ jintuża għal skopijiet vasti, fosthom riċevimenti u ikliet. Proġett li sewa €2.5 miljun bħala parti minn investiment totali ta’ €8 miljuni mibdi mill-Ministeru għat-Turiżmu u kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan l-investiment ikopri wkoll il-mużew virtwali fl-istess binja li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela u huwa l-ewwel tax-xorta tiegħu f’pajjiżna fejn permezz tal-użu tat-teknoloġija ta’ augmented re- ality joffri esperjenza unika ta’ 18-il xena marbuta mal-istorja ta’ pajjiżna. 

Destinazzjoni Wied iż-Żurrieq huwa proġett ieħor li sar realtà grazzi għal dan il-Ministeru hekk kif permezz ta’ servizz ta’ transport ċirkolari b’xejn minn u lejn Wied iż-Żurrieq ġiet indirizzata l-problema ta’ parkeġġ f’Wied iż-Żurrieq b’investiment ta’ €162,000. Dan is-servizz huwa offrut mill- Ħamis sal-Ħadd mill-10 ta’ filgħodu sa nofs il-lejl b’żewg xarabanks jiġbru passiġġieri minn San Niklaw/il-Qasam qrib is-Siġġiewi u minn żewġ pjazez ewlenin: dik tal-Qrendi u ż-Żurrieq. 

Il-ħidma tal-Ministeru kompliet ukoll fuq il-gżira ta’ Kemmuna bir-restawr tal-batterija ta’ Santa Marija b’investiment ta’ madwar €183,000. Dan huwa pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba sabiex il-Maltin imma wkoll it-turisti jkollhom raġuni oħra li għaliha jżuru Kemmuna minbarra l-Blue Lagoon u l-Bajja ta’ Santa Marija. Kemmuna toffri u tifforma parti mill-istorja rikka ta’ pajjiżna. 

X’aktarx li jkun hemm min bħal forsi ma jifhimx mill-ewwel x’rabta jista’ jkollu l-Ministeru għat-Turiżmu mal-Protezzjoni tal-Konsumatur. 

Share With: