Alarm Phone tgħid li hemm żewġ dgħajjes oħra bl-immigranti fiż-żona ta’ tiftix Maltija

Fl-aħħar sigħat, Alarm Phone kitbet li hemm żewġ dgħajjes bl-immigranti li qegħdin ifittxu l-għajnuna fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija. 

L-ewwel dgħajsa kellha fuqha 25 persuna li ħarbu mil-Libja biex ifittxu post sigur. 

Aktar tard qalu li kien hemm dgħajsa oħra b’27 persuna li kienu wkoll f’riskju li jegħrqu. Spjegaw li żdied ir-riħ u l-mewġ u għalhekk l-immigranti tilfu l-orjentazzjoni. 

Talbu biex l-awtoritajiet isalvawhom ma jdumux u ma jħalluhomx jegħrqu. 

Share With: