Alessandro Florenzi bejn diversi clubs Ewropej

Everton ingħaqdu ma’ Leeds United, Fiorentina, Cagliari, Atalanta u Juventus fit-tentattiv li jiksbu l-firma tad-difensur ċentrali ta’ Roma, Alessandro Florenzi. Dan tal-aħħar għandu 29 sena u ġie mgħarraf li ma jinsabx fil-pjani tal-coach tal-Giallorossi, Paulo Fonseca. 

Florenzi huwa magħruf bħala player versatili fejn kapaċi jilgħab mhux biss man-naħa leminija tal-ground iżda anke f’dik xellugija. Barra minn hekk jista’ jintuża’ bħala winger u parti mid-dipartiment offensiv.

L-ex captain ta’ Roma ngħaqad ma’ Valencia, fi Spanja, iżda bilkemm lagħab magħhom bejn injury li kellu u l-waqfa sfurzata kawża tal-pandemija tal-COVID-19.

Share With: