Aliou Traore viċin Caen b’self

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ Manchester United, Aliou Traore, se jingħaqad mat-team Franċiż ta’ Caen fuq bażi ta’ self matul l-istaġun li ġej. Il-player ta’ 19-il sena ftiehem mal-club li jilgħab f’Ligue 2 Franċiża u se jkun qed jilbes il-flokk numru 15.

Dan il-player ftit kellu ċ-ċans jilgħab mat-team tal-kbar u ħa sehem fil-kampjonat ta’ Taħt il-21 sena fl-Ingilterra. L-għan ta’ Traore huwa li jsib team li jagħtih garanzija li jilgħab football regolari għall-istaġun li ġej.

Caen jidhru t-team ideali għalih u f’kumment li ta lis-sit elettroniku tal-club, Traore ammetta li jinsab kuntent li se jingħaqad ma’ dan il-cub u jinsab ħerqan biex jibda jilgħab magħhom.

Caen spiċċaw fit-13-il post tal-kampjonat fit-tieni diviżjoni Franċiża wara li sfaw relegati mill-ogħla diviżjoni fl-2019.

Share With: