Ammont ta’ traffiku f’Burmarrad wara li tinqaleb vettura u timblokka karreġġjata

Ammont konsiderevoli ta’ traffiku nġemgħa fl-inħawi ta’ Burmarrad hekk kif ftit tal-ħin ilu vettura nqalbet vettura fi Triq Burmarrad.

Persuni li għamlu kuntatt ma’ Inewsmalta qalu li t-traffiku qed jinġema’ sa mill-bidu tat-triq, fil-Mosta.

L-inċidrnt seħħ hekk kif vettura nqalbet u ġiet fuq il-ġenb tagħha bil-konsegwenza li għalqet il-karreġġjata għat-traffiku fid-direzzjoni ta’ San Pawl il-Baħar.

Fuq il-post marru uffiċjali tal-Pulizija biex jassistu.

Għadu mhux magħruf jekk indarabx xi ħadd f’dan l-inċident.

Share With: