Andrea Pirlo l-coach il-ġdid ta’ Juventus

Wara t-tkeċċija ta’ Maurizio Sarri, is-Sibt fil-għaxija Juventus ħatru lil Andrea Pirlo biex ikun is-suċċessur tiegħu.

Din il-ħatra ġiet bħala sorpriża hekk kif kienu qed jissemmew bosta ismijiet kbar. Pirlo, li għandu 41 sena, kien fir-responsabbiltá tat-team ta’ Taħt it-23 sena tal-istess Juventus iżda issa ingħata kuntratt ta’ sentejn, jiġifieri, sa Ġunju 2022.

Share With: