Andreas Pereira jista’ jħalli lil Man Utd

Sar magħruf li l-player ta’ nofs il-ground ta’ Manchester United Andreas Pereira jinsab lest li jħalli lil Manchester United fil-jiem li ġejjin. Hemm diversi clubs li huma interessati fis-servizzi tiegħu b’mod partikolari mill-Premier League Ingliż li madankollu ma ssemmewx b’isimhom.

Il-player ta’ 24 sena lagħab 40 darba għar-Red Devils matul dan l-istaġun f’kull kompetizzjoni li ħadu sehem fiha għalkemm ma lagħabx fl-aħħar tliet logħbiet tal-istaġun minħabba li l-coach Ole Gunnar Solskjaer ħallih fuq il-bank tas-sostituti.

Pereira huwa Brażiljan u lagħab 45 partita ma’ Manchester United filwaqt li skorja żewġ goals. Fil-passat huwa kien misluf ukoll lil Granada u Valencia.

Share With: