Anzjana tmut waqt li kienet pożittiva għall-Covid-19

Fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għas-Saħħa għadha kemm ġiet konfermata l-aħbar li anzjana ta’ 86 sena mietet waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Hija ġie kkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fit-18 ta’ Awwissu u bdiet tingħata kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei minn dakinhar. Din hija l-11-il persuna li mietet waqt li kienet infettata bil-Covid-19.


Il-Ministeru għas-Saħħa, filwaqt li jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjana, jappella biex il-poplu jibqa’ jsegwi l-appelli tad-Dipartiment tas-Saħħa.

Share With: