ARA: Filmat ta’ tieġ jaqbad il-mument tal-isplużjoni kbira f’Bejrut

Israa Seblani kienet qed tippoża għar-ritratti tat-tieġ tagħha fit-toroq ta’ Bejrut meta l-isplużjoni kbira heżżet lill-kapitali Libaniża nhar it-Tlieta li għadda.

It-tabiba, ta’ 29 sena u żewġha Ahmed Subeih ta’ 34 sena, issa qed isibu diffikultà biex jirrealizzaw dak li seħħ lill-belt fejn joqogħdu.

Minflok memora sabiħa, il-filmat tat-tieġ issa se jkun qed ifakkarhom fit-traġedja ta’ nhar it-tlieta li ħalliet lil mill-inqas 135 persuna mejtin u eluf midrubin. il-filmat filfatt qabad il-mument eżatt meta seħħet l-isplużjoni.

Sebla f’kummenti li tat lill-ġurnalisti spjegat li dik li kellha tkun ġurnata indimentikabbli nbidlet f’ħolma kerha, hekk kif ġriet lura lejn wieħed mill-isptar tal-belt biex tkun tista’ tassisti lill-midrubin.

Il-Libanu ħabbar jum ta’ luttu biex tiġi mfakkra t-traġedja u l-vittmi kollha li tilfu ħajjithom fit-traġedja.

Share With: