ARA: Karl Pace jindifen fl-ibħra Maltin

Karl Pace, iż-żagħżugħ li tilef ħajtu aktar kmieni din il-ġimgħa wara li f’Ġunju li għadda nħarqitlu d-dgħajsa fl-Imġarr Għawdex, illum ingħatatlu l-aħħar tislima u ndifen fil-post tant għal qalbu, fil-baħar.

F’post li tella’ ħu Karl, Chris Pace, fuq is-sit soċjali ta’ Facebook, huwa qal li l-vojt se jħalli ħuh huwa kbir. Kompla jgħid li l-imħabba li kellu Karl għall-ħajja se tibqa’ trażmessa fih u se jkun qed jgħaddija lil uliedu.

Ritratt – Roger Azzopardi
Share With: