Armi tan-nar jinstabu f’vann li wasal Malta minn Sqallija

Matul il-lejl li għadda uffiċjali tad-Dwana sabu żewġ armi tan-nar f’vettura li kienet nieżla minn fuq il-katamarann li kien għadu kemm jasal f’pajjiżna minn Sqallija. L-uffiċjali tad-Dwana sabu wkoll flare gun u munizzjon.

L-uffiċjali kienu qed jagħmlu spezzjonijiet fuq vetturi li kienu abbord il-katamarann, meta waqqfu vann għal aktar kontrolli. Hekk kif inbdiet l-ispezzjoni fuq il-vettura, is-sewwieq qal lill-uffiċjali li kien qed iġorr l-armi tan-nar.

L-uffiċjali ssekwestraw senter, senter tal-arja, flare gun, u munizzjon. Il-Pulizija se tkompli bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan il-każ.

Share With: