Arrestati dimostranti ta’ kontra l-lockdown fl-Awstralja wara argumenti mal-Pulizija

Grupp ta’ dimostranti li qed joġġezzjonaw l-lockdown minħabba l-imxija COVID-19 sfaw arrestati wara li dawn kellhom xi argumenti mal-Pulizija Awstraljana f’Melbourne. Dan il-grupp ta’ xi ftit tużżani kien qiegħed jipprotesta kontra d-deżiċjoni tal-Gvern li jidħlu fis-seħħ numru ta’ restrizzjonijiet li skonthom “se jirrovinaw il-ħajja tan-nies.” Dawn ir-regolamenti l-ġodda kienu ntrodotti bil0għan li tonqos l-imxija tal-COVID-19 fl-Awstralja.

Share With: