Arsenal iridu lil Joelson Fernandes

Diriġenti ta’ Arsenal se jmorru l-Portugall fil-jiem li ġejjin biex isiru jafu aktar dwar il-progress tal-attakkant żagħżugħ Joelson Fernandes. Huwa għad għandu biss 17-il sena u jinsab fuq il-kotba ta’ Sporting Lisbon. Matul dan l-istaġun huwa lagħab erba’ logħbiet ma’ dan it-team u kull meta ġie msejjaħ fl-azzjoni dejjem ħalla impressjoni tajba.

Il-coach ta’ Arsenal Mikel Arteta qed jaħseb sabiex jiffirma lil dan il-player minħabba l-ħeffa tiegħu fid-dipartiment offensiv.

Fernandes huwa anke membru regolari tat-team nazzjonali Portugiż ta’ taħt is-17-il sena.

Share With: