Barcelona iridu jħallsu €5 miljun lil Liverpool jekk Philippe Coutinho jirbaħ l-UCL

Hekk kif Barcelona għadhom qed jippruvaw isibu lilhom infushom wara t-telfa umiljanti ta’ 8-2 li sofrew kontra Bayern Munich, issa ħarġet aħbar partikolari. Inkredibbli iżda vera!

Fil-fatt il-Katalani jridu jħallsu s-somma ta’ €5 miljun lil Liverpool jekk Philippe Coutinho jirbaħ l-UEFA Champions League ma’ Bayern Munich.

Fil-fatt bħalissa l-player Brażiljan ta’ 28 sena jinsab b’self ma’ Bayern Munich mingħand l-istess Katalani u fil-kuntratt li għandu magħhom, hemm klawsola li tgħid li ladarba huwa jirbaħ din l-ogħla kompetizzjoni Ewropea ma’ club ieħor, il-Blaugrana jridu joħorġu qrib €5 miljun.

Coutinho kien jilgħab ma’ Liverpool bejn l-2013 u l-2018 u ironikament daħal bħala sostitut u sab l-aħħar żewġ goals tat-team mill-Bavarja biex għaddew għas-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni.

Share With: