Barcelona jagħżlu lil Ronald Koeman bħala coach

Jidher li Barcelona għażlu lill-coach Olandiż, Ronald Koeman, biex jieħu post Quique Setien li wara l-umiljazzjoni fit-telfa ta’ 8-2 kontra Bayern Munich mistenni jitkeċċa formalment fis-sigħat li ġejjin. Fil-preżent, Koeman huwa l-coach tat-team nazzjonali Olandiż iżda  mistenni jirriżenja biex ikun jista’ jaqdi l-irwol tiegħu ma’ Barcelona.

Koeman li għandu esperjenza kbira fejn mexxa bosta timijiet fosthom lil Ajax, Benfica, PSV, Valencia, Feyenoord, AZ, Southampton u Feyenoord, lagħab ukoll ma’ Barcelona għal sitt snin bejn l-1989 u l-1995.

Wara li kien qed jissemma’ li  l-ex manager ta’ Tottenham Hotspur, Mauricio Pochettino, seta’ jibda jokkupa din il-kariga, Barcelona waslu għall-konklużjoni li Koeman huwa l-kandidat ideali biex imexxihom bħala coach.

Share With: