Barcelona jikkuntattjaw lil Arsene Wenger

L-ex coach ta’ Arsenal Arsene Wenger riċentement irrifjuta offerta li offrewlu Barcelona sabiex jingħaqad magħhom.

Il-ġganti Spanjoli qed ifittxu alternattivi oħra għat-tmexxija tal-club wara staġun ferm diżappuntanti fejn naqsu milli jsiru champions tal-kampjonat Spanjol. L-għan hu li jneħħu lil Quique Setien li bħalissa jinsab fit-tmun tat-team. Kien għalhekk li l-ogħla awtoritajiet Katalani daru lejn Wenger li min-naħa tiegħu naqas milli jaċċetta din l-offerta.

Hu mifhum li Wenger diġá kellu offerti oħra minn clubs Ewropej iżda r-risposta tiegħu baqgħet waħda konsistenti.

Illum il-ġurnata Wenger għandu 70 sena u mexxa lill-Gunners għal 22 sena bejn l-1996 u l-2018.

Share With: