Barcelona jimponu passi dixxiplinari kontra Arthur Melo

Il-passi dixxiplinari li Barcelona imponew fuq il-player tagħhom Arthur Melo se jkomplu. Dan kollu hu daqqa ta’ ħarta għal dan il-player Brażiljan li kien lest li jibda s-sessjonijiet ta’ taħriġ mal-coach il-ġdid ta’ Juventus, Andrea Pirlo.

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ 24 sena irrifjuta li jieħu sehem fil-logħbiet li l-Blaugrana kellhom fil-UEFA Champions League kontra Napoli u Bayern Munich u dan kollu rrabja ferm lid-diriġenti tal-club.

Arthur Melo ġie akkwistat minn Juventus għal €10 miljun bil-player ta’ nofs il-ground Miralem Pjanic  eventwalment se jmur jilgħab fin-Nou Camp.

Barcelona xorta mhux se jħalluh jitlaq kif ġieb u laħaq qabel ma jittieħdu l-passi dixxiplinarji li ħaqqu.

Il-Katalani sfaw umiljati minn Bayern Munich meta ġew megħluba bl-iskor kbir ta’ 8-2 biex inqalgħu mill-ogħla kompetizzjoni Ewropea.

Share With: