BBC tgħid li l-Iran qed taħbi ċ-ċifri ta’ dawk infettati bil-Covid-19

Skont investigazzjoni li għamlet il-BBC, l-Iran kien qed jigdeb fuq l-għadd ta’ persuni li ġew infettati bil-Covid-19. L-investigazzjoni wriet li filwaqt li l-Ministeru tas-Saħħa qed jirraporta 14,405 vittma, fil-verità l-ammont huwa dak ta’ 42,000 persuna.

Fejn jidħlu każi, l-ammont ta’ dawk infettati jidher li huwa ta’ 451,024, kważi d-doppju tal-ammont li qed ikun irrapurtat mill-awtoritajiet li qed jgħidu li hemm 278,827 każ.

Fil-ġimgħat li għaddew dan il-pajjiż reġa’ ra żieda ta’ każi. L-ewwel każ ta’ mewt kien irreġistrat fit-22 ta’ Jannar li għadda, kważi xahar qabel ma l-pajjiż ħabbar li kellu l-virus.

Share With: