Bdil bejn Nikola Milenkovic u Lucas Paqueta?

Milan u Fiorentina qed jinnegozjaw bdil ta’ players li jista’ jservi biex jaqdi l-ħtiġijiet tattiċi tal-coaches rispettivi tagħhom għall-istaġun li ġej.

Jidher li Lucas Paqueta ta’ Milan u Nikola Milenkovic ta’ Fiorentina se jbiddlu l-flokk ta’ xulxin biex jibdew avventura ġdida matul l-istaġun li ġej.

Huwa fatt magħruf li Paqueta mhux fil-pjani tal-coach ta’ Milan Stefano Pioli u qed togħġbu l-idea li jmur jilgħab fi Stadio Artemio Franchi.

Min-naħa ta’ Milenkovic, dan għad għandu kuntratt mal-Viola sa Ġunju 2022 għalkemm mhux ħerqan li jġedded iż-żmien tiegħu f’Firenze. Dan tal-aħħar qed jiġi segwit ukoll minn Napoli.

Share With: