Benevento qed juru interess f’Marko Pjaca

It-team promoss fis-Serie A Taljana, Benevento, qed jagħmel minn kollox sabiex isaħħaħ l-iskwadra  u jkun kompetittiv għall-istaġun li ġej. It-team hu wammexxi mill-coach Filippo Inzaghi filwaqt li l-president huwa Ciro Vigorito.

Inzaghi għamel talba lid-diriġenti tal-club biex jibnu skwadra b’saħħitha u b’hekk jevitaw l-ispettru tar-relegazzjoni, f’kampjonat ferm diffiċli li se jilagħbu fih.

Wara li bħalissa għaddejin diskussjonijiet ma’ Gervinho ta’ Parma u Gianluca Lapadula ta’ Lecce, Benevento qed iħarsu lejn il-possibbiltá li jiksbu s-servizzi tal-attakkant Kroat Marko Pjaca li kellu esperjenzi ma’ Juventus u Fiorentina fis-Serie A.

Minkejja kollox, xi ħaġa li qed tinkwieta lid-diriġenti ta’ Benevento hi l-kundizzjoni tal-plejer li mhux dejjem tkun fl-aqwa kundizzjoni u jkollu jdum barra għal xi jiem.

Benevento iddominaw il-kampjonat tas-Serie B u kisbu promozzjoni ferm faċli għall-ogħla kategorija tal-football Taljan.

Share With: