Borja Mayoral viċin Lazio

Lazio huma ferm viċin biex jiksbu l-firma tal-attakkant ta’ Real Madrid, Borja Mayoral. Huwa għandu 23 sena u ilu għal dawn l-aħħar jiem jissemma’ li jista’ jingħaqad mat-team mill-belt kapitali Taljana.

Min-naħa tagħhom Los Merengues qed isostnu li dan il-player jiswa madwar €20 miljun u huma lesti li jbigħuh b’din is-somma.

Mayoral qatta’ ħafna mill-istaġun li għadda jilgħab b’self ma’ Levante fejn skorja tmien goals f’34 partita milgħuba fil-kampjonat La Liga Spanjola. Mill-banda l-oħra huwa lagħab biss 20 partita mat-team mill-belt kapitali Spanjola u skorja tmien goals.

Lazio qed ifittxu attakkant bil-coach Simone Inzaghi jissuġġerixxi lil Mayoral bħala parti mill-pjan tattiku tiegħu għall-istaġun li ġej.

Share With: