Botta u risposta bejn it-Tobba u l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi

L-MHRA tisħaq li hija “ma tiħux deċiżjoni governattivi, huwa l-Gvern li jagħmel dan”; il-MAM tisħaq li l-Gvern “huwa iktar preokkupat bil-lobby tat-turimu milli s-saħħa tal-pajjiż”

Ftit wara li l-Prim Ministru Robert Abela temm l-intervista tiegħu il-bieraħ filgħodu, l-Assoċjazzjoni Maltija għas-Sidien tal-Lukandi u r-Ristoranti (MHRA), kif ukoll l-Assoċjazzjoni Maltija tat-Tobba (MAM), rreaġixxew ftit ħin wara b’kummenti differenti.

Il-MAM saħqet li l-Prim Ministru “qisu qiegħed ibiddel fehmtu, u qiegħed jikkunsidra t-tnedija ta’ iktar miżuri biex jiġġieled in-numri.”

“Minkejja dan, il-Prim Ministru jidher li huwa iktar inkwetati bis-settur tat-turiżmu iktar milli s-saħħa tal-pajjiż, anke jekk it-traffiku tat-turisti naqas għall-iżgħar ammont.”

Il-MAM saħqet li hija sejra tirriserva il-pożizzjoni tagħha sakemm ma jiġux introdotti miżuri tas-saħħa ġodda.

Intant, l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi u r-Ristoranti saħet li hija ma kinitx sejra taċetta li tkun risponabbilita għaż-żieda ta’ każijiet pożittivi għall-Covid-19.

“Is-settur turistiku jimpjega mal-10,000 persuna differenti b’mod dirett, kif ukoll 10,000 persuna oħra b’mod indirett. Dan ifisser li jiġu ġġenerati mal-€2.1 biljun fis-sena. Meta l-MHRA tiġġieled għat-turiżmu f’pajjiżna, hija tiġġieled biex tassigura li dawn l-impjiegi jinżammu, u nassiguraw li l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa tikber għall-benefiċċju ta’ kulħadd, inkluż l-industriji kollha li jagħtu servizz lis-settur tat-turiżmu.”

L-MHRA saħqet li hija kienet appoġġjat lill-Gvern fid-deċiżjoni li jagħlaq lill-gżira u lill-ajruport, “hekk kif kien hemm inċertezza kbira fuq il-periklu tal-Covid-19. Hekk kif kien hemm iktar ċarezza, fosthom mill-UE u mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa, appellajna biex dawn jerġgħu jinfetħu biex jiġu ssalvagwardjati kemm jista jkun impjiegi.”

“L-MHRA tiċħad kategorikament li hija qatt ma appellat biex ikun hemm attivitajiet tal-massa. Hija tinnota wkoll li l-maġġur parti tal-każijiet jirriżultaw minn inizjattiiv lokali, u mhix dawk relatati mat-turisti.”

L-Assoċjazzjoni saħqet li hija mhix il-Gvern, “ma tieħux deċiżjonijiet governattivi, ma tikkontrollax il-liġijiet, u ma timplimentax il-politika tal-Gvern. Kwalunkwe deċiżjonijiet governattivi li jittieħdu, saru biss mal-Gvern tal-ġurnata.” 

Share With: