Branislav Ivanovic segwit minn Everton

Id-difensur Serb Branislav Ivanovic jista’ jerġa’ jirritorna jilgħab fil-Premier League Ingliż meta qed jiġi segwit minn Everton li huma mmexxija mill-kowċ Carlo Ancelotti. Dan tal-aħħar jista’ jispiċċa jerġa’ jikkowċja lill-player ta’ 36 sena wara l-esperjenza li kellhom ma’ Chelsea. Fil-fatt hu kien għamel disa’ staġuni jilgħab mal-Blues fejn saħansitra rebaħ il-Kampjonat Premier Ingliż kif ukoll l-FA Cup.

Ancelotti jidher ferm ħerqan li jerġa’ jkollu lil dan il-player fejn minkejja huwa veteran, jaf ikun ta’ benefiċċju għad-difiża tat-team.

Bħalissa Ivanovic jinsab ma’ Zenit St Petersburg fejn sa minn meta ngħaqad magħhom fis-sena 2017 skorja tmien goals f’90 partita.

Share With: