“Came Back for You” hija l-aħħar single mnedija minn Dr LYNN b’kollaborazzjoni ma’ ONE VOICE MALTA

DrLYNN ġiet lura b’messaġġ ta’ tama u solidarjetà. Il-lirika tal-kanzunetta hija relatata ma’ proċess li jgħaqqad individwi li jaspiraw li jgħixu ħajja aħjar f’sens ta’ spiritwalità. Għal din il-verżjoni tal-kanzunetta, DrLYNN ikkolaborat ma’ Richard Rogers, minħabba li qabel kienet diġà kkomponiet u kitbet kanzunetta oħra bl-isem ta’ Came Back li ħarġet fis-sena 2005. Din il-konnessjoni ispirat lil DrLYNN tħuf għal diversi risposti biex tkun tista’ tkun ta’ servizz aħjar lejn il-komunità.

Aktar kmieni din is-sena, DrLYNN kienet ħarġet il-kanzunetta “Treading on Eggshells”.  Proprju minn dak iż-żmien ‘l hawn, bdiet tosserva kif il-persuni jirreaġixxu għal sitwazzjonijiet diffiċli tal-ħajja. Il-Covid-19 żgur li ġabet aktar bżonnijiet magħha u DrLYNN determinata aktar li sservi fejn hemm l-aktar bżonn għax lura fiż-żmien, hija stess kienet għaddiet minn xi diffikultajiet personali, u llum il-gurnata permezz tal-professjoni tagħha bhala avukat, qed tagħmel dak kollu li tista’ sabiex toffri sapport lil aktar persuni vulnerabbli li tiltaqa’ magħhom.

Permezz tal-mużika u l-arti, DrLYNN se tibqa’ tesprimi aktar lilha nnifisha fl-aktar mod produttiv billi tinkoraġġixxi persuni, speċjalment dawk vulnerabbli biex jiddedikaw aktar ħin prezzjuż fuq proġetti li jsaħħu s-saħħa mentali u personali tagħhom.  Permezz tal-edukazzjoni, DrLYNN temmen li wieħed jikseb ħiliet bażiċi biex ikun jista’ jagħmel deċiżjonijiet li jkabbruh u neċessarji biex tul il-ħajja jkun kapaċi jikkumbatti l-ostakli li jrid iħabbat wiċċu magħhom. “Fil-ħajja trid taqdef int, xejn ma jiġi waħdu”. Dr LYNN permezz tal-lirika tagħha tgħid li kull ostaklu tal-ħajja jista’ jintgħeleb biss jekk int ikollok ir-rieda t-tajba. Hemm fejn tintela b’qawwa kbira.

Illum il-ġurnata, Dr LYNN hija avukat stabbilita fil-qasam tagħha fejn tispeċjalizza fic-Civil, Child Protection and International Law. Il-pjanu għaliha huwa kollox. Filfatt matul il-pandemija żammet ruħha okkupata tikkomponi mużika ġdida, filwaqt li kienet tiffoka u tagħti vuċi lil persuni li jirrikorru għall-għajnuna tagħha, b’mod speċjali hija ffukat biex tkun il-vuċi tat-tfal.

Share With: