Chelsea wara Declan Rice

Chelsea huma lesti li jagħmlu offerta tajba għall-istilla ta’ West Ham United Declan Rice. Dan jista’ jkun ritorn għall-istess Rice minħabba li fil-passat huwa kien jagħmel parti mill-akkademja tal-Blues.

Min-naħa tiegħu, Rice jinsab lest biex jirritorna iżda qed iħalli kollox f’idejn ir-rappreżentant tiegħu.

Declan Rice għandu 21 sena u jilgħab bħala difensur ċentrali. Hu ilu mal-Hammers sa mis-sena 2015 fejn lagħab 99 partita u skorja tliet goals. Wara li għamel perjodu twil jilgħab mat-team nazzjonali Irlandiż, Rice għandu ċittadinanza doppja u għalhekk beda jintgħażel mat-team nazzjonali Ingliż.

Share With: