Ċiklist ta’ 16-il sena l-isptar wara inċident f’Ħal Għaxaq

Dan is-sit jinsab infurmat li għall-ħabta tal-5:20 p.m il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq Dawret Ħal Għaxaq f’Ħal Għaxaq,

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn vettura misjuqa minn raġel ta’ 27 sena residenti Marsaxlokk u ċiklist ta’ 16-il sena.

Fil-post issejħet ambulanza u tim mediku li assistew lill-ġuvni sakemm seta’ jittieħed l-isptar għall-kura meħtieġa.

Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhijiex magħrufa.

Share With: