Ciro Immobile jfaħħar lil Simone Inzaghi

L-attakkant ta’ Lazio Ciro Immobile faħħar l-attitudni professjonali li qed jaħdem biha l-coach Simone Inzaghi.

Immobile, li ilu mal-Biancocelesti sa mis-sena 2016, qal li ra lil Inzaghi jimmatura u jirfina sew f’din il-kariga u sostna li kapaċi jmexxi team ta’ ċertu kalibru. Minkejja kollox Immobile sostna li Inzaghi huwa bniedem sinonimu ma’ Lazio minħabba ż-żmien li qatta’ bħala player kif ukoll l-unuri li beda jieħu lejn il-belt kapitali Taljana.

Finalment l-iskorer prolifiku Taljan iqis lill-coach ta’ Lazio bħala motivatur fejn kien strumentali sabiex it-team irritorna jilgħab fil-UEFA Champions League.

Share With: