Dan Petrescu ġej Malta ma’ CFR Cluj wara li nstab pożittiv bil-Covid-19?

Hekk kif nhar l-Erbgħa li ġej, Floriana, jaffrontaw liċ-champions Rumeni ta’ CFR Cluj fis-Centenary Stadium, f’Ta’ Qali, hemm dubji kbar kemm il-coach taċ-champions Rumeni Dan Petrescu  ġej Malta. Dan hekk kif lura fit-23 ta’Lulju li għadda nstab pożittiv għall-coronavirus u jidher li għadu ma rkuprax sew.

Fil-fatt, wara li għamel perjodu ta’ kwarantina f’iżolament fejn seta’ biss ikellem lill-familjari tiegħu mill-gallarija, fl-aħħar jiem huwa lanqas biss mexxa sessjonijiet ta’ taħriġ tat-team tiegħu.

Wieħed għad irid jara jekk huwa jirnexxilux jirkupra fil-ħin beix jivvjaġġa mat-team tiegħu lejn Malta nhar it-Tlieta li ġej. Biex jagħmel hekk, kif jindika l-protokoll mediku, huwa jrid jinstab negattiv għal żewġ testijiet konsekuttivi tal-coronavirus.

Share With: