“Dejjem ipproċessajna l-ħlasijiet dovuti lill-Pulizija fil-ħin” – BOV

Aġġornata: Wara l-artiklu ppubblikat lbieraħ fuq dan is-sit kelliem għal BOV kiteb jirreferi għall-istess artiklu ntitolat “Il-POU jitolbu li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-ħlas tal-extra duty – uħud mill-membri ilhom xhur ma jitħallsu” fejn qed jissemma il-BOV.”

Il-Bank of Valletta jixtieq jikkjarifika li dejjem ipproċessa l-ħlasijiet dovuti lill-Pulizija fil-ħin u li mhuwiex minnu li hemm arretrati ta’ madwar ħames u sitt xhur minn naħa tal-Bank of valletta. Normalment, il-ħlasijiet dovuti jiġu mħallsa fi żmien xahar.

Qabel: Il-Police Officers Union ħabbret li għadha kemm kitbet b’mod uffiċjali lill-amministrazzjoni tal-Korp u lill-BOV fejn informathom li jekk il-ħlas għall-extra duty li hemm pendenti ma jiġux proċessati fl-iqsar żmien posibbli, se jkollhom jittieħdu passi ulterjuri.

F’post fuq il-midja soċjali, il-POU qalet li ma jistax ikun li l-membri tagħha jdumu xhur ma jitħallsu għal extra duty li jkunu ħadmu. Qalet li din is-sitwazzjoni ilha żmien għaddejja u issa wasal iż-żmien li tiġi indirizzata.

Share With: