Diversi persuni jinjoraw l-obbligu li jilbsu l-maskra fuq il-Gozo Channel

Minn MELVIN FARRUGIA

Minkejja li l-Gvern għamilha ċara li hu obbligatorju li tintlibes il-maskra, bil-għan li tonqos it-trażmissjoni tal-virus COVID-19, dalgħodu kien hemm bosta persuni fuq il-Gozo Channel li ma libsux il-maskra jew inkella neħħewha. 

Fil-fatt, mill-informazzjoni li għandu inewsmalta jirriżulta li fuq vjaġġ wieħed tal-bastiment minn Malta għal Għawdex, kien hemm aktar minn 30 persuna, fosthom ħafna żgħażagħ barranin, li ma kinux lebsin il-maskra. 

Ta’ min ifakkar li min jinqabad bla maskra suppost jeħel multa ta’ €50. S’issa għadna ma nafux jekk dawn il-persuni kollha fuq il-Gozo Channel ġewx immultati, iżda tajjeb jekk jittieħdu passi biex tkun assigurata s-saħħa u s-sigurtà tal-kumplament tal-passiġġieri u anke tal-ħaddiema abbord. 

Bħalma fakkru tajjeb l-awtoritajiet tas-saħħa lbieraħ, it-tixrid tal-virus jista’ jonqos permezz ta’ tliet miżuri importanti. Dawn huma l-użu tal-maskri protettivi, id-distanza soċjali u n-numru kbir ta’ testijiet biex dejjem jinstabu l-każi. 

Share With: