Diversi persuni jmutu u oħrajn jindarbu f’attakk suwiċida f’Mogadishu

Attakk fuq bażi militari fil-kapitali Somala, Mogadishu, ħalliet mill-inqas tmien persuni mejtin b’mill-inqas 14-il persuna oħrajn midrubin.

Xhieda li kienu fuq il-post f’kummenti lill-midja lokali qalu li karozza mimlija splussiv attakkat il-bażi militari li tinsab viċin grawnd tal-futbol.

L-isplużjoni tant kienet qawwija li nstemgħet minn madwar il-belt kollha.

Il-grupp militanti Iżlamiku Al-Shabab refa’ r-responsabbiltà tal-attakk. Il-grupp kemm-il darba jwettaq attakki fuq il-qawwiet tas-sigurtà u uffiċjali politiċi.

Aktar kmieni din il-ġimgħa żewġ gwardji tas-sigurtà inqatlu wara li waqqfu lil terrorist suwiċida milli jidħol f’restorant fil-kapitali.

Share With: