Edin Dzeko jilħaq players leġġendarji ta’ Roma fil-goals skorjati

Id-dilettanti tal-istatistika tal-football Taljan kellhom xalata fejn għandu x’jaqsam ġabra ta’ informazzjoni partikolari matul dan l-istaġun. Mir-rekord ta’ preżenzi tal-goalkeeper Gianluigi Buffon għall-goals skorjati minn Gonzalo Higuain ma’ Juventus żdiedet statistika oħra ferm interessanti.

Fil-fatt attakkant ieħor irnexxielu jilħaq players leġġendarji ta’ Roma bħal Rodolfo Volk, Giuliano Manfredi u Amadeo Amadei fil-goals skorjati bil-flokk Giallorosso.

Fil-fatt l-iskorer prolifiku Bosnjak, Edin Dzeko, laħaq lil dawn it-tliet personaġġi storiċi meta skorja iktar minn 15-il goal fi tliet kampjonati tas-serie A. Barra minn hekk Volk għadu fl-ewwel post tal-iktar skorers prolifiċi ta’ Roma meta b’kollox skorja 106 goals.

Share With: