Edinson Cavani ma’ Benfica?

L-attakkant veteran Sudamerikan, Edinson Cavani, ikkonferma li l-aġent tiegħu għaddej b’taħditiet mal-ġganti Portugiżi Benfica fit-tentattiv li jingħaqad magħhom għall-istaġun li ġej.

Cavani faħħar lill-istess aġent tiegħu li qed jaħdem qatigħ biex hu jkun jista’ jibda avventura ġdida x’imkien ieħor.

L-attakkant ta’ 33 sena għadu kemm spiċċa ż-żmien tiegħu ma’ Paris St Germain fejn għamel seba’ snin li fihom skorja 138 goal f’200 partita.

Benfica jista’ jkun il-ħames club li jilgħab miegħu wara l-esperjenzi passati li kellu ma’ Danubio, Palermo u Napoli.

Matul dan l-istaġun Cavani ftit li xejn sab postu fl-ewwel 11 tal-coach, Thomas Tuchel, u għalhekk iddeċieda li wasal iż-żmien li jibda kapitlu ġdid fil-karriera tiegħu.

Share With: