Emanuel Bonaventure Dennis fir-radar ta’ Inter

Inter qed iħarsu b’interess lejn il-progress tal-attakkant ta’ Club Brugge, Emmanuel Bonaventure Dennis. Huwa għandu 22 sena u hu ta’ nazzjonalitá Niġerjana fejn skorja disa’ goals fi 33 partita uffiċjali li lagħab mat-team mill-Belġju, bl-iktar li baqa’ magħruf kienet id-doppjetta li kellu f’Estadio Santiago Bernabeu kontra Real Madrid fil-Fażi tal-Gruppi tal-UEFA Champions League.

Il-coach ta’ Inter, Antonio Conte, għamilha ċara li jrid attakkant ieħor minħabba li matul dan l-istaġun kien qed jiddependi wisq fuq il-Belġjan, Romelu Lukaku, li lagħab ħafna mil-logħbiet staġjonali tan-Nerazzurri.

Sadanittant, Brugge qed jaraw ukoll l-offerti li lesti jagħtuhom Atalanta, Borussia Dortmund u Arsenal li wkoll jinsabu interessati fih.

Share With: