Erba’ membri mill-ekwipaġġ ta’ Jurassic Park jittestjaw pożittiv għall-COVID-19

Il-film ta’ fama mondjali beda bil-preparazzjonijiet f’pajjiżna ftit tal-jiem ilu

Skont numru ta’ aħbarijiet li qegħdin jiċċirkolaw, b’uħud jikkwotaw lis-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubbliku, erba’ membri mill-ekwipaġġ tal-film Jurassic Park ittestjaw pożittiv għall-imxija COVID-19.

Rapporti inizjali qalu li kienu tliet membri li ttestjaw pożittiv, iżda jidher li żdiedet ir-raba’ persuna li nħakmet mill-imxija. Kull persuna li ġiet f’kuntatt ma wieħed minn dawn l-erba’ persuni jinsabu f’iżolazzjoni mandatorja.

Matul l-iffilmjar ta’ dan il-film, aktar minn 1,000 membru u anke l-atturi se jkunu swabjati tliet darbiet kull ġimgħa.

Share With: